F`konferenza stampa li saret illum wara nofsinhar fl-Allianz Stadium ġewwa Turin, il-President ta` Juventus Andrea Agnelli ippreżenta l-arja sportiva l-ġdida għall-istaġun 2021-2022 u li b`hekk jibda uffiċjalment l-istaġun.
Sena ta` bidla għall-Juventus, li tibda bil-gwida teknika, li rat lill- Massimiliano Allegri jirritorna lura u jieħu post Andrea Pirlo. Aħbar importanti oħra hija dik li Federico Cherubini promoss minflok Fabio Paratici. Preżenti wkoll kien hemm il-viċi President Pavel Nedved u d-direttur maniġerjali l-ġdid Maurizio Arrivabene.
Andrea Agnelli: “Il-Bord tad-Diretturi ddefinixxa linji gwida għal żieda kapitali ta` 400 miljun ewro. L-effetti tal-pandemija affettwa u għadu jaffettwa l-industrija kalċistika kollha sal-llum il-gurnata. Minn dejta li ħarġet il-Uefa li tanalizza il-bilanċi u l-baġits ta` kumpaniji u klabbs Ewropej, jidher li hemm bżonn ta’ likwidità fis-sistema ta’ 8.5 biljun ewro. Huwa stmat, li 30/40% ser jinħarġu permezz ta ’ rikapitalizzazzjoni u 30/40% oħra, għal dawk bit-tieni mertu ta’ dejn. Allura hemm 20/40% ta`dawn il-120 klabb, ser ikunu f’riskju ta’ insolvenza fi żmien qasir.
Kien hemm operazzjonijiet imħabbra fuq dejn li għandhom klabbs bħal Barċellona, Inter, Porto u West Ham u li kollha jridu isolvu dan mill-aktar fis posssibli. Minn naħa l-oħra hemm aħna, Roma u Atletico Madrid b`żieda kapitali u fil-ġimgħat li ġejjin ser jitħabbru ħafna oħrajn. Huwa importanti għall-Juventus li l-azzjonisti jappoġġjaw dan it-tkabbir ekonomiku tal-klabb u ta` din il-kontinwità. Qal ukoll li dan is-suċċess huma mertu li aħna bħala familja ilna kważi mitt sena proprjetarji ta`dan il-klabb li fl-aħħar mill-aħħar hija waħda mill-akbar vantaġġi fejn klabbs oħra. Ngħid dan bi kburija bħala President, bħala membru tal-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija u tal-familja.
Irċevejna l-ittra mingħand il-Uefa li dħalna fiċ-Champions League 2021-2022 wara uħud mill- proċeduri fil-konfront tagħna kienu sospiżi. Infakkar ukoll għal darb’oħra li aħna lesti dejjem għal-djalogu biex jissolvew il-problemi li jeżistu fil-Futbol Ewropew. Aħna ma nibżgħux mit-theddid li sar f’dawn l-aħħar xhur u ninsabu kunfidenti. L-azzjoni legali tagħna twassal għal riżultati sodisfaċenti, iżda s-suċċess veru jkun meta nerġgħu nibdew djalogu fl-interess ta` kulħadd u għal ġid tal-logħba tal-ballun.
Nixtieq ngħid ftit kliem dwar Pavel Nedved. Huwa dejjem kien deċiżiv u viċin tat-tim, kellu l-irwol ta ’viċi president b’għan speċifiku matul is-snin u mill-2018 kiseb il-fiduċja tas-soċjetà li jkun meqjus bħala l-wieħed mill-mexxejja tal-kumpanija. Dan huwa dak li jirrappreżenta għalina Pavel.
Maurizio Arrivabene huwa wiċċ magħruf ma ħafna, il-ħiliet tiegħu ħa jkunu jintegraw ma dawk ta’ Pavel u Federico. Il-figura ta’ Maurizio f`dan il-klabb hija kbira meta wieħed iqis il-kurrikulu tiegħu.
Federico, dan l-aħħar kien preżenti f`ħafna mil-logħbiet ta` Juventus kemm fil-pitch kif ukoll fuq l-istands. Aħna kburin li Federico huwa l-ewwel manager imħarreġ kompletament fil-klabb tagħna u grazzi għalih il-klabb għandu sensiela ta` proġetti li kienu u se jkunu importanti għal Juventus fil-futur. Il-ġestjoni kollha tal-plejers mislufa hija ukoll f`idejn Federico, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-proġett tat-tim ta` taħt it-tlieta u għoxrin sena. Dawn huma proġetti li għandu Federico llum bħala Direttur tal-Futbol tal-klabb tagħna u b’responsabbiltà kbira il-parti sportiva u t-timijiet kollha ta` Juventus. Naħseb li dan huwa l-aqwa tim li jista’ jkollna fil-qasam sportiv u anke mhux sportiv. It-tama tagħna hija li mill-istaġun 2022-2023 inkunu nistgħu ngħidu li ħriġna kompletament mill-pandemija. Nittama dan bħala President ta` wieħed mill-akbar klabbs ewlenin Taljan u kif ukoll bħala ċittadin.”
Matul il-konferenza stampa kien hemm ukoll xi mistoqsijiet mill-ġurnalisti. Fost l-oħrajn ma setgħatx tonqos il-mistoqsija jekk Cristiano Ronaldo u Paulo Dybala humiex ser jibqgħu mal- Juventus. It-tweġiba kienet li għaddejjien taħdidiet ma Dybala u li sa issa Juventus u Ronaldo għadhom ma tkellmux fuq il-futur tiegħu.
Dwar ir-relazzjoni bejn Agnelli u Ceferin, Agnelli qal “Alex huwa persuna li kont, għadni u nibqa nirrispetta ħafna u maż-żmien naħseb li r-relazzjoni ta` bejnietna tistà terġa titranġa.”
Fl-aħħar tal-konferenza Pavel Nedved qal “ Aħna l-erbgħa li qegħdin hawnhekk għandna ħafna esperjenza u nafu x’hemm bżonn biex tirbaħ. Dixxiplina u ħafna xogħol huma d-DNA tagħna u għandna bżonnhom ħafna biex inkomplu nirbħu aktar unuri. Dan it-tim huwa magħmul għal hekk biss.”
The 2021-2022 season officially launched
At a press conference held this afternoon at the Allianz Stadium in Turin, the President of Juventus Andrea Agnelli presented the new sports area for the 2021-2022 season and thus officially initiated the season.
A year of change for Juventus, starting with the technical guidance, which saw Massimiliano Allegri return and replace Andrea Pirlo. Another important news is that Federico Cherubini has been promoted instead of Fabio Paratici. Also, present were vice president Pavel Nedved and new managing director Maurizio Arrivabene.
Andrea Agnelli: “The Board of Directors has defined guidelines for a capital increase of 400 million euros. The pandemic has affected and still has its effect on the entire football industry to this day. From data released by Uefa analysing the balances and budgets of European companies and clubs, there appears to be a need for liquidity in the 8.5 billion euro system. It is estimated that 30 to 40% will be issued through recapitalization and another 30 to 40%, for those with a second debt. So 20 to 40% of these 120 clubs, will be at risk of insolvency in the short term.
There have been announcements regarding the debt operations owned by clubs such as Barcelona, Inter, Porto and West Ham who all want to resolve their issues as soon as possible. On the other hand there is us, Roma and Atletico Madrid with a capital increase, many more will be announced in the coming weeks. It is important for Juventus that the shareholders support the club’s economic growth. This success is a merit that we as a family have been owners of this club for almost a hundred years which is ultimately one of the biggest advantages of other clubs. I say this with pride as President, as a member of the Board of Directors of the company and the family.
We have received the letter from UEFA that we made it to the Champions League 2021-2022 after some of the proceedings against us were suspended. I would also like to remind you once again that we are always ready for dialogue to solve the problems that exist in European football. We are not afraid of the threats made in recent months – we are always confident. Our legal action will lead to satisfactory results, but the real success will be when we resume a dialogue in the interest of all and for the good of the game.
I would like to say a few words about Pavel Nedved. He has always been decisive and close to the team, he has played the role of vice president with a specific goal over the years and since 2018 he has gained the trust of the society to be considered one of the leaders of the company. This is what Pavel represents to us.
Maurizio Arrivabene is a well-known face, his skills will be integrated with those of Pavel and Federico. The figure of Maurizio in this club is great considering his curriculum.
Federico has recently been present at many of Juventus’ matches both on the pitch and on the stands. We are proud that Federico is the first fully trained manager in our club and thanks to him the club has a series of projects that were and will be important for Juventus in the future. The management of the players on loan is also in Federico’s hands, as well as the implementation of the under-23 team’s project. These are projects that Federico will be handling as from today as Director of Football of our club and with great responsibility. I think this is the best team we can have in the sport and even non-sport field. Our hope is that by the 2022-2023 season we will be able to say that we have completely emerged from the pandemic. I sincerely hope so as President of one of the biggest Italian clubs and as a citizen. ”
During the press conference there were also some questions from journalists. Amongst others, the question of whether Cristiano Ronaldo and Paulo Dybala will stay with Juventus could not be missed. The answer was that talks are underway with Dybala and that so far Juventus and Ronaldo have not yet talked about his future.
Regarding the relationship between Agnelli and Ceferin, Agnelli said “Alex is a person that I was, still am and will continue to respect a lot and over time I think that the relationship between us can be restored.”
At the end of the conference, Pavel Nedved said: “The four of us here have a lot of experience and we know what it takes to win. Discipline and a lot of work are our DNA and we need them a lot to continue to win more honours. This team is made for just that. ”