Difensur ta’ Juventus se jkollu jtemm ħesrem il-karriera qasira tiegħu bħala plejer tal-futbol hekk kif testijiet mediċi li sarulu wrew li għandu problemi f’qalbu.

Andrea Melani, li għad għandu 19-il sena, kien lest biex jingħaqad b’self ma’ Massese fis-Serie D, wara li riċentement kien misluf lill-Primavera ta’ Carpi. Iżda t-testijiet mediċi wrew li jkun ta’ riskju għalih jekk ikompli jilgħab il-futbol.

Fi stqarrija, Melani ddikjara li fortunatament il-problemi kardijaċi li għandu mhux se jaffettwawlu l-ħajja ta’ kuljum, iżda sfortunatament temmewlu ħolma.

Sors: Instagram

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq marketing@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280