Il-Lega ħabbret bidla importanti f’dak li għandu x’jaqsam mal-kampjonat Taljan u s-suq tat-trasferimenti fl-Italja.

L-istaġun li ġej se jibda fid-19 t’Awwissu bi tliet ġranet ta’ logħob fil-jiem ta’ qabel il-Milied (22, 26 u 29 ta’ Diċembru). Wara, il-kampjonat ikompli fl-20 ta’ Jannar. Il-kampjonat jispiċċa fis-26 ta’ Mejju.

Bidla wkoll fil-Coppa Italia. Se jispiċċa t-turnew f’darhom għall-klabbs ewlenin tas-Serie A, waqt li fil-waqfa ta’ bejn id-29 ta’ Diċembru u l-20 ta’ Jannar, jiġifieri fit-13 ta’ Jannar, issir ġurnata logħob tal-Coppa Italia.

L-edizzjoni li jmiss tas-Supercoppa Italiana se tintlagħab nhar il-Ħadd 12 t’Awwissu. Fejn se ssir għad mhux deċiż, bis-suġġeriment ikun Stadio Olimpico għalkemm ikkunsidrati postijiet oħra jekk ikun hemm qbil bejn il-klabbs.

Dan filwaqt li s-suq tat-trasferimenti se jkun ferm iktar ristrett għaliex dak tas-sajf jagħlaq fit-18 t’Awwissu waqt li dak ta’ Jannar jagħlaq fid-19 ta’ Jannar.

Tħabbret ukoll bidla fil-Presidenza tal-Lega Serie A, hekk kif il-klabbs qablu mas-suġġeriment tal-President attwali, Malagò, biex jilħaq Gaetano Miccichè.

Sors: Sportmediaset

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280