Juventus rebħu klassifika partikolari li għandha x’taqsam mal-ammont ta’ partitarji li matul dan l-istaġun żaru l-istadiums għal logħob tas-Serie A.

Dan hekk kif Juventus huma fuq quddiem f’dak li għandu x’jaqsam ma’ klabbs li l-iktar jattiraw lill-avversarju. FIl-logħob kontra Juventus, ġew reġistrati rekords f’Bergamo, Bologna, Milan (A.C. Milan), Napoli, Genova (Sampdoria), Reggio Emilia (Sassuolo) kif ukoll Udine.

Juventus jissemmew ukoll hekk kif id-derby bejn Milan u Inter, u l-logħba bejn Milan u Juventus, li fissru li l-Meazza kien mimli b’78,328 partitarju, wasslu għall-ogħla ammont ta’ partitarji f’logħba tas-Serie A.

Madankollu, Juventus jaqgħu lura f’dak li għandu x’jaqsam mal-partitarji fl-Allianz Stadium. Dan hekk kif il-klabb jinsab fil-ħames post wara Inter, Milan u Napoli b’medja ta’ 39,916 partitarju.

Fi tmiem it-18-il ġurnata tal-kampjonat, l-attendenza medja fis-Serie A żdiedet b’10.1% biex issa tlaħħaq l-24,445. Din il-medja hi l-aqwa fl-aħħar ħames snin b’10% iżjed fuq l-2015/16, 10.8% iżjed mill-2014/15 u 4.1% iżjed mill-2013/14.

Sors: Osservatorio Calcio Italiano

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280