Hekk kif Sergio Marchionne ħalla t-tmexxija ta’ Ferrari, John Elkann inħatar bħala President ta’ Ferrari waqt li miljunarju ta’ nisel Malti ġie propost biex jilħaq Chairman.
John Elkann ġej mill-istess familja tal-President ta’ Juventus Andrea Agnelli, kuġinuh. John, eredi ta’ nannuh Gianni Agnelli, illum il-ġurnata hu ċ-Chairman ta’ Fiat Chrysler Automobiles u Chairman u Kap Eżekuttiv ta’ Exor, il-kumpanija li għandha 63.77% tal-ishma ta’ Juventus.
Bħala Chairman mistenni jinħatar Louis C. Camilleri, miljunarju mwieled fl-Eġittu minn ġenituri Maltin li emigraw lejn il-Kajr. Camilleri hu stmat li għandu valur ta’ €168 miljun u fil-passat kien ukoll is-sieħeb tal-kantanta Naomi Campbell.
Sors: Tuttosport
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com