Juan Cuadrado kellu bżonn jiġi operat wara li weġġa’ fil-logħba bejn Juventus u Young Boys nhar it-12 ta’ Diċembru li għadda.
L-operazzjoni saret fl-aħħar sigħat fi Spanja, preċiżament f’Barċellona, u l-indikazzjonijiet huma li din irnexxiet. Hu mistenni jirritorna f’Turin fejn se jsegwi proċess biex jirkupra.
Għalkemm Juventus ma tawx dettalji tal-perjodu li għandu bżonn biex jirkupra, il-ġurnalist Romeo Agresti ddikjara li se jkun wieqaf għal madwar tliet xhur.
Sors: Goal
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






