Proġett massiċċ minn Juventus li fl-aħħar jiem laħqu ftehim biex tinfetaħ akkademja maġġuri fl-Ażja, preċiżament f’Meishan, pronvinċja ta’ Sichuan, fiċ-Ċina.

L-idea ta’ Juventus hi li tfal ta’ bejn l-erba’ u s-17-il sena jingħataw taħriġ minn kowċis stabbiliti u saħansitra leġġendi Juventini. Tant hu hekk li għall-preżentazzjoni ta’ dan il-ftehim, intbagħat l-ambaxxatur ta’ Juventus Fabrizio Ravanelli.

L-istruttura mistennija tkun lesta sal-2019 b’xejn inqas minn għaxar grawnds tal-futbol fejn jista’ jsir it-taħriġ.

B’hekk Juventus qed isegwu lil diversi klabbs Ewropej oħra, iżda fuq kollox ikomplu jibnu fuq skola tal-futbol li fetħet reċentement f’Shanghai. Dan jorbot ukoll fuq l-idea tal-President Ċiniż Xi jinping, li jrid li fi tletin sena tinħoloq 50,000 skola ġdida tal-futbol u 70,000 impjant tal-futbol ġdid.

Sors: Primapaginaonline Gazzetta

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280