Ġurnal Naplitan qed jirriskja passi legali fil-konfront tiegħu mibdija minn Juventus.
Wara l-logħba kontra Cagliari, u r-rebħa ta’ Napoli fuq Verona, il-ġurnal Il Roma ħareġ bit-titlu ‘È fuga con la Rubentus’ fil-faċċata tiegħu.
Titlu ovvjament intenzjonat biex ipaxxi u jattira lis-segwaċi tiegħu, fil-maġġoranza tiegħu Naplitani u anti-Juventini, inkiteb wara l-kontroversja tal-ballun li allegatament mess b’idu l-plejer Federico Bernardeschi.
S’issa m’hemmx ċertezza li l-passi legali se jittieħdu, għalkemm sorsi qrib is-soċjetà indikaw li għaddejja diskussjoni biex dan iseħħ. Hu fatt magħruf li meta Juventus jieħdu azzjoni biex jipproteġu isimhom, dan jagħmluh fil-kwiet tant li spiss il-kritika tkun li ma jiddefendux l-isem tal-klabb biżżejjed.
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com