Il-ħidma ta’ Juventus biex sena wara l-oħra l-iskwadra tkompli tissaħħaħ qed tħalli l-frott. Dan hekk kif statistika turi li l-iskwadra attwali hi r-raba’ minn fost il-ġganti Ewropej f’terminu ta’ valur fis-suq.
B’valur ta’ €887 miljun, l-iskwadra Juventina tinqabeż biss minn PSG (€997 miljun), Barcelona (€1,110 miljun) u Real Madrid (€1,392 miljun).
Mill-plejers Juventini, l-iktar plejer li jiswa’ flus hu Paulo Dybala b’valur fis-suq ta’ €200 miljun, segwit minn Gonzalo Higuaín, €130 miljun. Warajhom hemm qabża kbira, hekk kif isegwi Alex Sandro li jiswa’ €70 miljun.
Dan ifisser li l-valur ta’ Dybala, minn fost il-ġganti Ewropej, hu biss wara Neymar (€222 miljun), Cristiano Ronaldo (€300 miljun) u Lionel Messi (€320 miljun). Bl-istess valur, Luis Suarez.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com