Jidher li fl-aħħar jiem diriġenti ta’ Juventus għamlu kuntatt mal-kowċ Carlo Ancelotti, li jinsab bla kuntratt wara li ntemmet l-esperjenza tiegħu ma’ FC Bayern München iktar kmieni matul dan l-istaġun.

Sky Italia qed tirrapporta li Ancelotti, li għandu relazzjoni mill-aqwa mal-President Andrea Agnelli, irrisponda li hu disponibbli jirritorna mal-klabb ta’ Turin.

Jingħad ukoll li l-għażla tinsab f’idejn Allegri. Jekk jiddeċiedi li jibqa’, postu jkun konfermat, iżda jekk le s-sostitut qed jistenna.

Sors: Sky Italia

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280