Il-European Football Benchmark, studju li sar minn Statista, juri li fl-Italja, Juventus hu l-iktar klabb segwit waqt li Inter hi l-iktar skwadra li ma jaħmluhiex nies.
Skont l-istudju, fl-Italja hemm 33 miljun partitarju ta’ Juventus, li hi wkoll it-tieni l-iktar skwadra (wara Inter) li jobogħduha nies. Iċ-ċifri jinkludu wkoll nies simpatizzanti, jiġifieri li jżommu ma’ skwadra oħra iżda jissimpatizzaw ukoll ma’ Juventus.
Iċ-ċifri juru li 49% minn dawk intervistati jissimpatizzaw ma’ Juventus. Fit-tieni post hemm Napoli u Roma b’37% quddiem Milan (35%), Fiorentina (34%), Inter (33%) u Atalanta (31%).
Jekk wieħed jelimina lis-simpatizzanti, u jikkalkula biss lill-partitarji, Juventus jibqgħu fuq quddiem (39%) segwiti minn Inter u Milan (19%), Napoli (15%) u Roma (13%).
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ sentiment negattiv, Inter irċevew 40% tal-voti meta mistoqsija dwar liem skwadra l-iktar li jobogħdu, quddiem Juventus (38%), Milan (32%) u Napoli (30%).
Sors: Sportmediaset
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com