Juventus se jieħdu passi legali fil-konfront tal-klabb Rumen, Juventus Bucharest. Dan tal-aħħar ġie mwaqqaf fis-sena 1992.

L-arma ta’ dan il-klabb tixbah ħafna lill-arma li kellhom Juventus sal-istaġun li għadda u l-Bianconeri talbu lill-klabb Rumen biex ibiddel din l-arma minħabba l-copyrights.

F’kumment qasir, l-espert tal-futbol Rumen Emanuel Roşu qal hekk: “Ir-reazzjoni fir-Rumanija kienet waħda li kulħadd beda jitmejjel b’din il-ħaġa. Dan il-klabb issa se jbiddel l-isem u se jkun jismu FC Colentina.”

Sors: Football Italia

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280