Permezz tal-paġna uffiċjali tiegħu fuq Instagram, Federico Bernardeschi esprima s-sodisfazzjon tiegħu wara li rnexxielu jirbaħ l-ewwel trofew maġġuri ma’ Juventus wara li dawn tal-aħħar rebħu l-finali tal-Coppa Italia b’rebħa konvinċenti ta’ 4-0 kontra Milan.
“Dan huwa l-ewwel unur fil-karriera tiegħi u issa naf x’jiġifieri. Qed nifhem xi jfisser unur fejn qed naqsmu ma’ dan il-grupp, ma’ dan it-tim u ma’ din il-familja. Qed inħossni furtunat li rbaħt l-ewwel trofew tiegħi flimkien ma’ dan il-grupp ta’ plejers u flimkien ma’ dawn il-partitarji mill-aqwa.”
Bernardeschi għalaq dan il-messaġġ billi aċċerta ruħu li dan it-trofew żgur mhux se jkun l-ewwel wieħed tiegħu ma’ Juventus hekk kif ammetta li kemm hu kif ukoll l-istess Juventus għadhom bil-ġuħ għal aktar suċċessi.
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com