Juventus għadhom kif ħarġu pass li bih tista’ tara logħob kemm taċ-Champions League kif ukoll tas-Serie A li jkunu diġà ntlagħbu.
Għall-prezz ta’ €7.99 fix-xahar, jew inkella €34.99 fis-sena, wieħed jista’ jara ripetizzjonijiet ta’ partita sħiħa ta’ Juventus mis-Serie A, Champions League u Coppa Italia.
Barra minn hekk, wieħed ikun jista jara wkoll diversi affarijiet oħra fosthom highlights, intervisti, konferenzi tal-aħbarijiet kif ukoll sessjonijiet ta’ taħriġ.
Sors: Juventus
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com