Juventus qed jistabbilixxu s-soċjetà dejjem iżjed fil-kontinent Ażjatiku hekk kif fl-aħħar sigħat ġie ffirmat ftehim ma’ sponsor ġdid.

Dan hekk kif Linglong Tire, grupp Ċiniż li hu wieħed mill-ewlenin fil-produzzjoni tat-tajers madwar id-dinja, ħabbar is-sħubija ġdida ma’ Juventus.

Linglong b’hekk hu r-raba’ sponsor Ażjatiku għal Juventus wara Ganten Water, F66 kif ukoll dak iffirmat ma’ Costa Cruises għas-swieq Ażjatiċi.

Sors: Calcio e Finanza

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280