Ir-rebħa ta’ Juventus fuq Young Boys fiċ-Champions League fissret li Juventus waqqfu rekord personali ieħor fl-istorja glorjuża tal-klabb.

Dan hekk kif, b’din ir-rebħa, Juventus għaqqdu disa’ logħbiet infila mirbuħa. Qatt daqs illum Juventus ma bdew l-istaġun b’tant rebħiet infila.

Minbarra Young Boys, fiċ-Champions League Juventus għelbu wkoll lil Valencia b’għaxar plejers, waqt li fis-Serie A għelbu lil Chievo, Lazio, Parma, Sassuolo, Frosinone, Bologna u Napoli f’logħob konsekuttivi fis-Serie A.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280