Il-FIFA għaddiet somma ta’ €3 miljun lil Juventus għal-logħob li plejers ta’ Juventus lagħbu matul it-Tazza tad-Dinja li għaddiet.

Din is-somma tifforma parti mill-hekk imsejħa Club Benefits, mogħtija lill-klabbs rispettivi għal kull plejer li jaċċetta li jilgħab f’kompetizzjonijiet internazzjonali uffiċjali.

B’kollox, FIFA għaddiet kważi €181 miljun lil 416-il klabb differenti. Minn dawn, kważi €17-il miljun biss marru għand klabbs Taljani, ħtija wkoll tad-diżappunt tat-tim nazzjonali Taljan.

Juventus kienu l-iktar li rċevew flus, tant li warajhom fil-lista hemm Roma b’inqas min-nofs tal-benefiċċji.

Sors: FIFA

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280