Hekk kif fi tmiem Awwissu tlaqqa’ l-Kunsill ta’ Amministrazzjoni ta’ Exor SpA, il-kumpanija li tmexxi lil Juventus, sar magħruf li l-klabb kiser rekord ta’ dħul u bilanċ utli.

Fl-ewwel sitt xhur tas-sena, Juventus irreġistraw dħul ta’ €249.4 miljun, li jfisser €66.4 miljun iżjed mill-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

L-ispejjeż operattivi tal-klabb telgħu għal €220.6 miljun. Kien hemm żieda ta’ €37.6 miljun fi spejjeż relatati mal-ħaddiema, żieda ta’ €10.1 miljun fi spejjeż għal servizzi esterni u ammortamenti maġġuri li jlaħħqu s-€7.8 miljun.

Hu kkalkulat li għall-eżerċizzju ekonomiku tal-klabb għall-2016/17, id-dħul tal-klabb se jkun fil-livell ta’ €564.3 miljun b’riżultat pożittiv nett ta’ €45.4 miljun.

Sors: Gianluca Di Marzio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com