Il-Global Sports Salaries Survey, studju annwali li jsir ta’ kull sena, poġġa lil Juventus fid-9 post fil-medja ta’ pagi li jitħallsu fis-sena.

L-istudju ħa inkonsiderazzjoni 349 skwadra minn 18-il lig imqassma fi 13-il pajjiż. Dawn ivarjaw minn 8 sports differenti u jiġbru fihom 10,089 atleta li bejniethom jgħoddu $22.2 biljun f’pagi.

Fil-każ ta Juventus, ir-rapport jgħid li l-qabża drastika fi żmien sena hi kawża tal-akkwist ta’ Cristiano Ronaldo, imma wkoll dawk ta’ Douglas Costa u Leonardo Bonucci b’kuntratti maġġuri u l-estensjoni tal-kuntratti ta’ plejers oħra bħal Miralem Pjanić.

Dan wassal biex Juventus raw żieda fil-paga medja annwali għal $8,850,879 jew medja ta’ $170,209 fil-ġimgħa.

Interessanti wieħed jinnota li mill-ewwel 12-il skwadra, tmienja huma mill-NBA u erba’ biss mill-futbol. Barcelona jinsabu fil-quċċata tal-lista b’Messi li jaqla’ total ta’ $50 miljun f’sena qabel it-taxxa. Quddiem Juventus hemm ukoll Real Madrid, waqt li Manchester United isegwu fl-10 post.

Sors: Sporting Intelligence

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280