Juventus mistennija jiġu mistiedna biex jilagħbu fit-Trofeo Bernabeu f’logħba ad unur l-attakkant Portugiż Cristiano Ronaldo.
L-edizzjoni li jmiss se ssir fil-11 t’Awwissu u għaliha kienu diġà ġew ikkonfermati Milan qabel seħħ it-trasferiment. Hu għalhekk li, jekk l-aħbar tkun konfermata, l-istedina tkun għall-edizzjoni tas-sena d-dieħla.
Jekk iseħħ dan, Real Madrid mistennija jorganizzaw serata speċjali biex il-partitarji jkollom iċ-ċans li jsellmulu, wara t-tluq tiegħu għal għarrieda u aktarx ukoll bi problemi mad-diriġenza.
Sors: Marca
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com