Ir-rebħa ta’ Juventus fuq Valencia wasslet għall-passaġġ tat-tim fil-fażi tal-aħħar sittax. Però b’din ir-rebħa Juventus laħqu tragward ġdid, dak li għaddew għall-ħames darba konsekuttiva mill-grupp.
Massimiliano Allegri wkoll laħaq tragward personali hekk kif dan għadda għall-fażi tal-aħħar sittax għad-disa’ darba biex issa jinsab biss taħt Arsene Wenger b’14-il darba.
Giorgio Chiellini laħaq lil Pessotto fl-ammont ta’ logħob fiċ-Champions League, b’68 logħba.
Il-gowler Pollakk Szczęsny ġabar clean sheet oħra biex b’hekk huwa l-iktar gowler b’clean sheets fil-fażi tal-gruppi, dik ta’ 4 logħbiet.
L-aħħar iżda mhux l-inqas, Ronaldo b’rekord personali ġdid ieħor, hekk kif ilbieraħ sar l-ewwel plejer li rebaħ 100 logħba taċ-Champions League.
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com