Jidher li ftit li xejn qed iħallu effett il-protesti kontinwi tal-Ultras ta’ Juventus, hekk kif is-soċjetà mistennija terġa’ tgħolli drastikament il-prezzijiet li diġà huma l-ogħla fl-Italja.
Matul l-aħħar jiem, fornituri tal-biljetti kif ukoll persuni li huma fil-pussess tas-season tickets bdew jirċievu indikazzjonijiet li mill-istaġun li ġej se jogħlew mill-ġdid il-prezzijiet.
F’xi każi, fosthom ta’ biljetti fis-sezzjoni Sivori Secondo Anello, il-prezz ta’ season ticket mistenni jkun ta’ €3,850. Dan ifisser żieda ta’ 20% fuq il-prezz tal-biljett ta’ din is-sena.
Is-season tickets fis-Sivori jridu jiġu mġedda sa tmiem ix-xahar li ġej. Il-prezzijiet ta’ setturi oħra għadhom mhux ippubblikati hekk kif it-tiġdid tal-biljetti f’dawn is-setturi jsiru fix-xhur li ġejjin. Madankollu, din iż-żieda qed titqies bħala indikazzjoni ta’ dak li mistenni jseħħ.
Sors: Facebook
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com