Ikompli s-suċċess finanzjarju ta’ Juventus, bil-valur li dejjem jogħla u li issa aktarx iwassal biex is-soċjetà tidħol fil-FTSE MIB, jew aħjar mal-aqwa 40 fil-Borża tal-Italja.

Din l-aħbar wasslet biex matul il-ġurnata tal-Erbgħa, il-valur tal-ishma tal-klabb tela’ 9.29% sal-għeluq tal-Borża. B’hekk il-valur ta’ kull sehem ta’ Juventus issa hu ta’ €1.20.

Jekk l-aħbar tkun konfermata, ikun ifisser poker għall-familja li tmexxi lil Juventus hekk kif mal-aqwa 40 ikkwotati fil-Borża Taljana diġà hemm Exor, Ferrari kif ukoll FCA.

Sors: Sportmediaset

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280