Juventus qed ikunu investigati mill-FIFA dwar it-trasferiment tal-midfielder Paul Pogba. Dwar l-istess trasferiment, Manchester United inħelsu mill-akkużi.

It-trasferiment qed ikun investigat wara l-allegat ftehim biex Mino Raiola jaqla’ miljuni minn dan it-trasferiment tal-plejer lejn l-Ingilterra. L-investigazzjoni allura trid issib jekk kienx hemm ksur tar-regoli dwar id-dritt tal-pussess tal-plejers minn terzi (third-party ownership).

Jekk jinsabu ħatja, Juventus jirriskjaw penalitajiet li jibdew minn multa u li jistgħu jkunu estremi saħansitra sa blokk tas-suq tat-trasferimenti.

Id-dettalji dwar l-investigazzjoni ħarġu wara l-pubblikazzjoni tal-Football Leaks u kienu kkonfermati fl-aħħar jiem mill-istess FIFA.

Sors: FIFA

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280