Minn eżerċizzju li għamel Libero, jirriżulta li l-hekk imsejħa super partitarji qed jonfqu mal-€400 fix-xahar minħabba Cristiano Ronaldo.
Libero jieħu inkunsiderazzjoni lill-iktar partitarji fidili għal Juventus, dawk li jattendu għal kull logħba u allura b’mod partikolari lill-ultras.
Dan l-eżerċizzju juri kif l-abbonament fl-Allianz Stadium sar jiswa €595 (€100 iktar mis-sena li għaddiet) u sar speċjalment wara l-protesti tal-ultras kawża tal-prezzijiet tal-biljetti.
Mal-prezz tal-abbonament jiżdiedu l-biljetti għand Chievo, li swiet €50, kontra Parma (€40), Frosinone (€31) u Udinese (€60) kif ukoll €50 ta’ Empoli u €75 kontra Milan għal total ta’ €901 sal-11 ta’ Novembru.
Ma’ dawn wieħed irid iżid il-prezzijiet tat-traġitt, l-ikel u eventwalment xi lejl ibbukkjat f’lukanda jew appartament għal logħob fit-tard jew bogħod minn Turin. Biss biss, jekk wieħed jaqbad l-iktar treni ekonomiċi, dawk reġjonali, minn Turin għal Verona, Parma, Empoli u Milan, il-kont jitla’ għal €370 u magħhom irid jiżdied lejl akkomodazzjoni għal kontra Udinese u Frosinone (€30 kull lejl).
B’kollox, il-kont jitla’ għal ċifra bejn l-€1,300 u l-€1,400. Dan 84 ġurnata biss mill-bidu tal-kampjonat, b’medja ta’ madwar €400 għal kull persuna, kull xahar.
Sors: Libero
Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com