Minkejja li kienu huma li poġġew klawżola reċissorja ta’ €222 miljun fuq Neymar, jidher li Barcelona huma infurjati li l-plejer jista’ jħallihom biex jingħaqad ma’ PSG.
Fi Franza, il-ġurnal awtorevoli L’Equipe jirrapporta li Barcelona saħansitra qed jikkuntattjaw lil grupp ta’ klabbs bl-għan li dawn jibbojkottjaw lil PSG u allura jieqfu jidħlu fi trattattivi magħhom.
Fost il-klabbs imsemmija minn L’Equipe hemm ukoll Juventus u FC Bayern München, li skont L’Equipe aċċettaw li jibbojkottjaw lill-klabb Franċiż. Dan minbarra li l-UEFA indikat li malli jseħħ it-trasferiment, tiftaħ investigazzjoni immedjata.
Sors: L’Equipe
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com