Juventus ħabbru li l-istazzjon Jtv, li waqaf ixandar fl-aħħar ġimgħat, se jerġa’ jingħata l-ħajja.

Iżda waqt li s’issa kien stazzjon televiżiv, u kif antiċipat, Juventus TV mil-lum ‘il quddiem se jibda jxandar onlajn.

F’riklam ippubblikat fuq il-midja soċjali, Juventus ħabbru li l-istazzjon se jkun dominat minn kontenut li juri lil Juventus bħal qatt qabel b’kontenut esklussiv trelatat mal-plejers, sessjonijiet ta’ taħriġ u logħob li se jixxandru mill-ġdid minuti biss wara t-tisfira finali.

Dan minbarra intervisti esklussivi, informazzjoni dwar il-youths u Juventus Women, kollegamenti qabel u wara kull logħba mal-ġurnalist Claudio Zuliani, dettalji ta’ statistika u għażla ta’ angoli biex wieħed jerġa’ jara l-gowls grazzi għas-sistema Multi-Cam.

L-istazzjon se jkun bi ħlas għal €2.99 fix-xahar.

Sors: Juventus

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280