Juventus u Inter wettqu diskussjonijiet b’suċċess li wasslu biex se jkunu fissi u stabbiliti l-prezzijiet għas-Settore Ospiti fil-logħob li se jsiru kemm fl-Allianz Stadium kif ukoll fi Stadio San Siro.
Id-diskussjonijiet wasslu biex il-partitarji rispettivi li se jsegwu l-logħob away se jħallsu €50. Dan sar wara protesti mill-partitarji ta’ Juventus fid-dawl li A.C. Milan għollew b’mod esaġerat il-prezz tal-biljetti għall-partitarji Juventini.
Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com