Wara r-rebħa kontra Torino, il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri kellu kliem ta’ tifħir lejn il-plejers tiegħu fejn sostna li kien kuntent bir-reazzjoni tal-plejers wara l-kritika li kellhom lejhom f’nofs il-ġimgħa.
“Ninsab verament kburi b’dan il-grupp ta’ plejers b’valuri morali b’saħħithom ħafna. Kont qed nistenna din it-tip ta’ reazzjoni speċjalment teknikament. Din ir-rebħa kienet importanti biex nibqgħu fit-taqtigħa għar-rebħ tal-kampjonat u anke għall-fatt li Torino kienu għadhom bla telfa f’darhom taħt Walter Mazzarri.”
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com