Permezz tal-paġna uffiċjali tiegħu fuq Instagram, Giorgio Chiellini esprima d-diżappunt tiegħu wara l-eliminazzjoni kontra Real Madrid iżda fl-istess ħin ammetta li jinsab kburi b’dak li rnexxielu jikseb it-tim tiegħu kontra dan it-tim.

“Ninsab kburi li nagħmel parti minn dan it-tim. Lgħabna logħba mill-aqwa u logħba li se tibqa’ mniżżla fl-istorja tal-futbol għaliex ftit hemm timijiet li kapaċi jagħmlu dak li għamilna aħna llejla. Dan id-diżappunt irridu nesprimuh fil-logħbiet li ġejjin għaliex baqalna żewġ kompetizzjonijiet li rridu nerbħuhom. Forza Juventus, dejjem.”

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280