L-attakkant żagħżugħ ta’ Juventus, Moise Kean, għeleb lil Alessandro Del Piero u waqqaf rekord ġdid wara li skurja mill-ġdid, din id-darba kontra Spal.

Bil-gowl tiegħu, li kien is-sitt wieħed tiegħu fis-Serie A matul dan l-istaġun iżda li sfortunatament ma sewiex biex Juventus jagħlqu d-diskors tal-kampjonat, Moise Kean waqqaf żewġ rekords ġodda.

Dan hekk kif sar l-iżgħar plejer li qatt skurja f’erba’ logħbiet konsekuttivi fis-Serie A kif ukoll qabeż lil Alessandro Del Piero, li fl-età tiegħu kien skurja ħames gowls fis-Serie A.

Sors: Calciomercato

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280