Álvaro Morata u Chelsea se jkunu impenjati kontra Roma fil-Uefa Champions League.

L-attakkant Spanjol kien mistoqsi rigward il-perjodu li għamel fl-Italja ma’ Juventus. Huwa sostna li kienu sentejn sbieħ ħafna fejn ammetta li qatt ma xtaq li jitlaq lill-Bianconeri.

“Irritornajt fi Spanja għax il-qbil fuq il-kuntratt hekk kien jgħid però d-diżappunt minħabba f’hekk kien enormi. Fl-Italja hekk kollox, moda, storja, kultura u anke ikel. Irrid nammetti li qatt ma xtaqt li nitlaq lil Juventus.”

Sors: La Gazzetta dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280