L-ultras tal-Curva Sud ikkundannaw l-aġir ta’ Juventus, li għal sena oħra konsekuttiva mindu fetaħ il-Juventus Stadium, għollew drastikament il-prezzijiet tal-abbonamenti.
Fi stqarrija ngħad li l-prezzijiet fil-Curva, li mill-2010 tela’ minn €265 għal €650, issa wasslu biex “il-fidi u l-passjoni saru biss lussu li ftit jistgħu jaffordjaw.”
Qalu li mhux ġustifikat li wieħed jgħid li l-prezz ta’ abbonament ġie jixbah l-ispiża ta’ persuna li tattendi kull serata f’teatru, “għaliex mhux kulħadd jiflaħ jagħmel dan. Ninnutaw dejjem iktar li sirna parti integrali mill-proġett ta’ Juventus: il-parti ekonomika l-iktar li tiftaħ l-aptit tas-soċjetà.”
Dan fid-dawl li Juventus qed jipproġettaw żieda ta’ 13% fil-qligħ, grazzi wkoll għal żieda fil-prezz tal-abbonamenti u l-biljetti, fl-istess waqt li għall-partitarji dejjem iżjed qed issir diffiċli li jbigħu l-abbonament, anke lil tal-familja.
F’messaġġ ċar, l-ultras indirizzaw lis-soċjetà: “Għajjejtuna. Jeżistu metodi alternattivi biex iżżidu d-dħul, li mhux neċessarjament ifissru sagrifiċċju ekonomiku għall-partitarji. Anke l-fidi, jekk mhux reċiproka, maż-żmien tbatti.”
Wissew ukoll li “min jista’ se jkun fis-Sud, ma nafux residenza oħra għall-passjoni imma titolbuniex entużjażmu. Ħa nħallsu daqs teatru, u se naġixxu hekk ukoll. Għall-Bohème nassistu fis-silenzju.”
Sadattant Juventus mistennija jgħollu wkoll, aktarx b’mod drastiku, il-prezz ta’ kull biljett mixtri mill-partitarji.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






