Sfida għal Juventus hekk kif fl-aħħar sigħat Manchester City għamlu kuntatt mal-aġenti tal-midfielder Emre Can.

Jirriżulta li lil Can, li l-kuntratt tiegħu jiskadi fis-sajf u allura jista’ jiffirma pre contract b’xejn f’Jannar li ġej, ġiet ippreżentata offerta superjuri għal dik ta’ Juventus.

Wieħed irid jara x’se jiġri fil-ġimgħat li ġejjin, b’Juventus li lesti joffru sa massimu ta’ €10 miljun biex jakkwistawh immedjatament.

Sors: La Stampa

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280