Il-partitarji ta’ Juventus jistgħu jistennew ferm iżjed spekulazzjoni dwar il-futur ta’ Paulo Dybala wara li dan bidel lill-aġent tiegħu ma’ ħuh, li jgħix Barcelona.
Mhux l-ewwel darba li plejer li jmur f’belt differenti, imqar għal vaganza, iwassal għal spekulazzjoni dwar il-futur tiegħu. U biex tgħaxxaqha, fl-aħħar xhur l-ispekulazzjoni kienet li l-plejer se jmur ma’ Barcelona.
B’hekk fl-aħħar xhur Dybala bidel l-aġent tiegħu, in-numru tal-flokk minn 21 għal 10, kif ukoll ħalla lit-tfajla li kien ilu magħha għall-aħħar żmien.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com