Bil-kuntratt ta’ Buffon fit-tmiem tiegħu, u l-goalkeeper li qed jikkunsidra jirtirax jew le, hemm ippjanata laqgħa bejnu, l-aġenti tiegħu u Juventus.

Ikkonferma dan Silvano Martina, l-aġent tal-veteran ta’ 40 sena u goalkeeper storiku ta’ Juventus.

Mistoqsi jekk hux se jirtira jew le, Martina qal hekk: “Se jkun dan l-istaġun li jiddetermina l-għażla tiegħu. Se jkun hemm laqgħa bejn Gigi u d-diriġenza u hemm tittieħed deċiżjoni. Forsi mill-ġdid iħalli l-entużjażmu tiegħu jiddeċiedi għalih, imma diffiċli nipprevedu minn issa.”

Sors: TuttoMercatoWeb

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280