Kien Jannar tal-2011 b’Luigi Del Neri meta Juventus l-aħħar li qalgħu 6 gowls f’4 ijiem.

Fl-ewwel logħba Juventus kienu tilfu bl-iskor ta’ 4-1 fl-Olimpico ta’ Torino ma’ Parma bi tripletta ta’ Sebastian Giovinco u gowl ta’ Hernan Crespo, filwaqt li għal Juventus kien skurja Nicola Legrottaglie. Logħba li kellha wkoll it-tkeċċija ta’ Felipe Melo u injury għal Fabio Quagliarella.

4 ijiem wara, ġewwa San Paolo f’Napli, tripletta ta’ Cavani wasslet biex Juventus sofrew telfa kontra r-rivali ta’ Napoli.

8 snin wara, Juventus qalgħu 6 gowls f’4 ijiem permezz tat-telfa ta’ 3-0 kontra Atalanta f’Bergamo u d-draw ta’ 3-3 kontra Parma fl-Allianz Stadium wara 2 gowls ta’ Gervinho, wieħed bit-takkuna u l-ieħor b’diżattenzjoni kbira fid-difiża.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280