It-tim ta’ Juventus Women mistenni jkun qed jilgħab quddiem pubbliku ta’ madwar 39,000 hekk kif għada jospita lil Fiorentina ġewwa l-Allianz Stadium f’partita valida mis-Serie A femminili. B’hekk l-Allianz Stadium se jkun ippakkjat.

Din hi logħba storika hekk kif għall-ewwel darba t-tfajliet ta’ Juventus se jkunu qed jikkompetu fil-grawnd ewlieni tal-klabb. Apparti l-partitarji Juventini, se jkun hemm ukoll 121 partitarju ta’ Fiorentina, fis-Settore Ospiti.

L-attendenza tfisser ukoll rekord Taljan għaliex l-iżjed darba li qatt kien hemm nies għal partiti femminili fl-Italja kien kważi 11-il sena ilu meta Bardolino Verona ospitaw lil Frankfurt fis-semi-finali tal-UEFA Women’s Cup fl-2008 quddiem pubbliku ta’ 12,500 ġewwa l-Bentegodi.

Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero se jiftaħ apposta għal din il-logħba, b’xandira diretta murija fuq big screen grazzi għax-xandira ta’ Sky waqt li l-klabb se jkun rappreżentat fl-Allianz Stadium grazzi għall-familja tal-President Onorarju Jean Borg.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280