Cristiano Ronaldo għadu lanqas wasal Turin iżda l-midja internazzjonali qed titkellem fuq l-ewwel intopp bejn l-aġent tal-plejer u d-diriġenza Juventina.
Jirriżulta li d-diriġenti ta’ Turin ma tantx ħadu gost li ġie ppubblikat ir-ritratt ta’ Andrea Agnelli jiċċelebra bit-tazza tax-xampanja meta mar fir-resort fejn kien qed igawdi l-vaganzi Cristiano Ronaldo.
L-istess ġurnal jiddikjara li din mhix xi ġlieda bejn iż-żewġ partijiet u li mhijiex mistennija taffettwa r-relazzjoni eċċellenti bejniethom, iżda Juventus talbu biex idealment xi ħaġa bħal din ma terġax tiġri.
Fil-passat Andrea Agnelli kien deher xurban waqt festin wara r-rebħ tal-kampjonat, bir-ritratt joħloq kontroversja sħiħa.
Sors: Premium Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com