Illejla l-logħba ta’ ħbiberija Franza kontra Italja, l-ewwel logħba ta’ Ventura bħala kowċ nazzjonali tat-tim Taljan. Madankollu, ħafna qed jistennew l-ewwel konfront bejn Pogba u l-Juventini, ġurnata biss warali għalaq suq fejn rajna lill-istess Pogba jitlaq għal somma rekord lura lejn Manchester.

M’għandix dubju li ħa naraw sens ta’ amicizia bejn Buffon, Barzagli, Chiellini u l-istess Pogba wara 4 snin jilagħbu flimkien fl-istess tim. Xorta jibqgħu ċertu mistoqsijiet rigward il-mod kif ġab ruħu Pogba fuq il-midja soċjali, li kien wieġeb ukoll b’sens ta’ botta Buffon, imma fl-istess ħin b’sens ta’ ċajt tipika tiegħu.

dical-banner-1200×280