F’kumment qasir wara li spiċċat il-partita kontra Olympiacos, l-awtur tal-ewwel gowl Juan Cuadrado esprima s-sodisfazzjon tiegħu li kien parti minn din ir-rebħa li fissret li Juventus qatgħu passaġġ għall-fażi tal-aħħar 16 tal-Uefa Champions League.
“Ninsab kuntent ħafna għaliex kien importanti li nirbħu din il-partita. L-ewwel objettiv tal-istaġun ilħaqnieh u issa nistgħu nikkonċentraw aktar fuq il-kampjonat.”
Sors: Mediaset Premium
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com