Juventus u Alessandria Calcio laħqu ftehim biex it-tieni skwadra ta’ Juventus tuża Stadio Moccagatta għal-logħob home.

Iżda din id-deċiżjoni xejn ma ntlaqgħet tajjeb mill-partitarji ta’ Alessandria, li kkundannaw dik li rreferew għaliha bħala “deċiżjoni purament kummerċjali li ma tikkunsidrax is-sentimenti tal-partitarji.”

Juventus hu l-uniku klabb li rreġistra t-tieni skwadra, f’din l-ewwel sena tal-inizjattiva. L-iskwadra ġiet aċċettata fis-Serie C.

Sors: telealessandria.it

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280