Fortunatament għal Juventus, il-waqfa tal-kampjonat ġiet fi żmien fejn xi plejers setgħu jirkupraw minn injuries differenti.
Madankollu, għad hemm numru ta’ plejers li mhux se jkunu għad-dispożizzjoni ta’ Massimiliano Allegri hekk kif issa l-iskwadra rritornat għat-taħriġ.
Jibqa’ nieqes mill-azzjoni l-goalkeeper Gianluigi Buffon, sforz injury li ilu jsofri minnha għall-aħħar ġimgħat. Nieqsa wkoll Juan Cuadrado, Claudio Marchisio kif ukoll Paulo Dybala, De Sciglio u Benedikt Höwedes.
Fortunatament jidher li Buffon se jibda jitħarreġ mill-ġdid ma’ sħabu fil-jiem li ġejjin, waqt li jonqos madwar xahar biex jirritorna Marchisio. Dybala qed jagħmel minn kollox biex ikun għad-dispożizzjoni fil-logħba kontra Tottenham waqt li Höwedes aktarx ikun lura lejn tmiem dan ix-xahar jew fl-ewwel jiem ta’ Frar.
Fil-każ ta’ Mattia De Sciglio, li ilu nieqes minn nofs Diċembru, dan mistenni jkun disponibbli għal-logħba li jmiss kontra Genoa għalkemm wieħed irid jara jekk Allegri hux lest jirriskjah.
Sors: La Repubblica/Il Corriere dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq marketing@juventusmalta.com