Id-difensur Taljan Mattia Caldara li preżentement qed jilgħab ma’ Atalanta, sostna li għall-ewwel l-interess ta’ Juventus fih ħasbu xi ċajta filwaqt li tkellem ukoll dwar id-differenza bejn Juventus u l-kumplament tat-timijiet fl-Italja.
“Is-sigriet ta’ Juventus huwa l-mentalità rebbieħa tagħhom. Żgur li qatt mhu se jitilfulek żewġ logħbiet infila u dik li tagħmel id-differenza għax it-timijiet bħal Roma u Napoli huma stess jagħtu l-punti lit-timijiet l-oħra.”
“Juventus ma jagħmlux dawn l-iżbalji u traskuraġni u dik hija d-differenza li tagħmilhom l-aqwa. Ir-reazzjoni tiegħi ta’ meta wrew l-interess fis-servizzi tiegħi kienet li ħsibtha xi ċajta speċjalment wara li kelli xi ftit ta’ prestazzjonijiet ħziena.”
Sors: TuttoSport