Hu mistenni li l-winger ta’ 20 sena Riccardo Orsolini jqatta’ staġun b’self hekk kif Juventus qed iħarsu lejn Douglas Costa għal mal-linji.
Fid-dawl ta’ dan, matul il-ġurnata saret laqgħa ma’ Bologna, li għaliha kien hemm preżenti l-ogħla uffiċjali responsabbli mis-suq tat-trasferimenti għall-iskwadri rispettivi, fosthom Marotta u Paratici għal Juventus.
Matul l-istess laqgħa, hu maħsub li Bologna wrew interess f’Mattia Vitale, li qatta’ l-aħħar staġun misluf ma’ Cesena, waqt li Juventus talbu informazzjoni dwar il-midfielder ta’ 18-il sena Juan Manuel Valencia. Dan tal-aħħar kien akkwistat f’Jannar li għadda bi sħab bejn iż-żewġ klabbs.
Sors: Sky Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com