Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero iħabbar li ser issir Laqgħa Ġenerali Straordinarja u Elezzjoni għal kumitat tal-klabb, nhar is-Sibt 24 ta’ Lulju 2021 fl-għaxra ta’ filgħodu fis-sede tal-klabb ġewwa Triq Troubridge, il-Marsa.

Skont l-statut, il-membri attivi kollha tal-klabb jistgħu jattendu u mitluba jkunu preżenti fil-ħin.

Il-membri li jixtiequ jikkontestaw għal xi kariga jew membru fil-Kumitat eżekuttiv għandhom ikunu membri tesserati mal-klabb għal ta’ l-anqas dawn l-aħħar sentejn u jrid ikollhom aktar min 18 -il sena. L-applikazzjonijiet jiftħu nhar is-Sibt 3 ta’ Lulju fit-tmienja ta filgħodu u jagħlqu is-Sibt 17 ta’ Lulju fit-tmienja ta’ filgħaxija.  Kull min huwa interessat għandu jibgħat email fuq info@juventusmalta.com

Filwaqt li l-kumitat jirringrazzja lill-membri tiegħu, jispera li jattendu għal din il-laqgħa.