Juventus ħabbru li l-ewwel kowċ tat-tim tan-nisa li se jkun qiegħed jipparteċipa fil-kampjonat tan-nisa għall-ewwel darba fl-istorja se tkun leġġenda Taljana li kitbet isimha fl-istorja tal-futbol femminili Taljan u anke Ewropew.
Rita Guarino, li twieldet f’Turin fil-31 ta’ Jannar tal-1971, se tkun infatti qiegħda tiġi inkarigata minn din is-selezzjoni wara li ffirmat kuntratt ta’ sena.
Għal min hu intiż fil-futbol tan-nisa, dan l-isem żgur iltaqa’ miegħu xi darba jew oħra iżda għal min qatt ma segwa, tajjeb li ntuh ftit importanza.
Guarino kienet tifforma parti mill-FIGC, fejn anke mexxiet lin-nazzjonal femminili ta’ taħt is-17-il sena għal sentejn, fejn żviluppat bosta plejers li marru jilagħbu fis-Serie A.
Bħala plejer, Guarino kienet indubbjament waħda mill-aqwa plejers flimkien ma’ Carolina Morace u Patrizia Panico.
Hija lagħbet 99 darba mal-Azzurre (Għax nisa) u skurjat 35 darba, fosthom anke fit-Tazza tad-Dinja tal-1991 fejn l-Italja nqalgħu fis-semifinali.
Fuq livell ta’ klabbs, hija rebħet xejn inqas minn ħames kampjonati ma’ Reggiana u Torres, sitt Coppa Italia mal-istess żewġ timijiet u anke żewġ Supercups ma’ Torres biss.
Ta’ min isemmi, li Guarino hija anke gradwata fil-psikoloġija u għandha liċenzja A tal-UEFA fil-coaching.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com