Id-difensur ta’ Juventus Leonardo Bonucci naqas milli jiskuża ruħu mal-partitarji Juventini li fl-aħħar jiem kienu kontra r-ritorn tiegħu, iżda fl-istess waqt qal li jifhem li huma jikkontestawh.

Mistoqsi speċifikament mill-ġurnalisti, Bonucci qal li “r-risposta trid tingħata fil-grawnd għax jien professjonist. Li kieku llum jerġgħu joffruli nħalli lil Juventus, lanqas biss naħsibha u nirrifjuta għax għalija Juventus kienet kollox fuq livell kalċistiku u uman.”

Qal li bħal dejjem se jibqa’ jmur taħt il-partitarji biex jirringrazzjahom. “Naċċetta t-tisfir tal-partitarji tiegħi u se naħdem biex nibdilhom f’ċapċip. It-tisfir tal-partitarji ta’ kontrija se jimmotivawni.”

Sors: Juventus

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280