Fatt kurjuż dwar il-ġirja ta’ Douglas Costa, li qasam nofs ta’ grawnd biex għadda l-ballun lejn Gonzalo Higuaín li skurja fil-logħba kontra Atalanta.

Issa sar magħruf li Costa ġera b’veloċità ta’ 34 kilometru fis-siegħa, li jfisser li kieku kien qed isuq karozza bl-istess veloċità fiċ-ċentru ta’ Turin, kien jaqla’ multa.

Dan hekk kif f’diversi toroq ta’ Turin, il-limitu ta’ veloċità li wieħed jista’ jsuq biha hi biss ta’ tletin kilometru fis-siegħa.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280