L-avukat Beppe Bozzo, l-aġent ta’ Federico Bernardeschi, żvela li kien ilu disa’ xhur jaħdem biex it-trasferiment ma’ Juventus seta’ jsir.
“Iktar kien qisu proċess biex mara twelled, milli trasferiment. Domna disa’ xhur naħdmu. Kienet bħal idea tal-fantacalcio, li għamilnieha realtà. L-ewwel eliminajna lill-iskwadri l-oħra li riedu lill-plejer, biex ħallejna lil Juventus waħedhom itellqu għall-plejer,” spjega Bozzo.
U meta kollox kien konkluż? “Bernardeschi feraħ. Tant feraħ li malli għidtlu tani tgħanniqa hekk kbira li qabbadni l-bard. Konna tkellimna, u qbilna li m’hemmx post aħjar minn Juventus; klabb organizzat ħafna u rebbieħ. Il-post ideali għal talent kbir li jrid isir champion.”
Filwaqt li jiddikjara li din kienet l-iktar darba diffiċli matul is-snin ta’ esperjenza tiegħu fis-suq tat-trasferimenti, Bozzo faħħar lid-diriġenti ta’ Fiorentina li fehmu x-xewqa tal-plejer, u wkoll lil Marotta “li għal darb’oħra wera li hu fuoriclasse.”
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com